MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOCJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

Ekonomija li tħares ‘il quddiem li tassigura stabbilità u tkabbir hija l-għan ewlieni tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. F’dan ir-rwol leġiżlattiv, amministrattiv u ta’ koordinament il-Ministeru jirrikonoxxi il-valur immens fil-kreazzjoni, protezzjoni u appoġġ għall-ambjent kompettitiv u attraenti li jiġġenera l-investiment li huwa fundamentali għall-pajjiżna.