parlsec

Chris Bonett ġie elett fil-Parlament f’Marzu 2022 mir-raba’ distrett u nħatar bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej. Fl-2007, huwa ggradwa bħala Avukat mill-Università ta’ Malta u fl-2014 ggradwa b’Masters fil-Liġi tal-Isport mill-Università De Montfort f’Leicester.

Chris Bonett serva bħala Viċi President u Kap tad-Dipartiment Legali u tal-Governanza tal-Futbol tal-Malta Football Association (MFA). Huwa serva wkoll bħala Uffiċjal tal-Integrità tal-UEFA u bħala membru tal-Kumitat ta’ Kontroll, Etika u Dixxiplinari tal-UEFA.

Dr Bonett serva bħala Sindku tal-Gżira bejn l-2007 u l-2012 fejn mexxa diversi proġetti sinifikanti fi ħdan din il-lokalità bħall-ftuħ ta’ Ċentru Komunitarju, il-Librerija Pubblika tal-Gżira, il-grawnd ta’ turf artifiċjali fl-iskola sekondarja tal-Gżira, it-tisbiħ tal-Ġnien Kunsill tal-Ewropa, u proġetti infrastrutturali oħra.

Huwa miżżewweġ lil avukat Dr. Maxilene Bonett u għandhom żewġt itfal, Matteo u Luca.

Skip to content