SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali huwa responsabbli għall-promozzjoni u t-tisħiħ tad-Djalogu Soċjali f’Malta.
Is-Segretarjat jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn min iħaddem, il-ħaddiema u l-Gvern, bil-għan li tinħoloq soċjetà aktar ġusta. Is-Segretarjat hwa responsabbli wkoll mill-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali.

Is-Segretarju Parlamentari Dr Andy Ellul twieled fil-25 ta’ Marzu 1975.

Huwa gie co-opted fil-Parlament għall-ewwel darba f’Jannar tal-2022. Wara li kkontesta l-elezzjoni b’suċċess f’Marzu 2022, Dr Ellul inħatar bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Djalogu Soċjali. Dr Ellul kien maħtur mill-Grupp Parlamentari tal-Gvern biex iservi bħala Whip mit-30 ta’ Marzu 2022 sal-11 ta’ Jannar 2024.

Qabel il-ħatra tiegħu fil-Kabinett tal-Ministri, l-Onor Ellul ħadem bħala avukat u speċjalizza fil-liġi amministrattiva. Dr Ellul serva wkoll bħala konsulent legali, kien ukoll involut f’diversi riformi leġiżlattivi, b’mod partikolari fl-isferi soċjali u tal-familja. Dr Ellul serva bħala Kap tad-delegazzjoni Maltija għall-Kumitat Lanzarote tal-Kunsill tal-Ewropa.

Flimkien mas-sieħba tiegħu Claudia, Dr Ellul għandu tifel, Ganni.